Sunday, December 22, 2024

Koppja Maltija tagħti donazzjoni lil Puttinu mal-wasla tagħha f’Malta wara xhur ta’ kura fl-Ingilterra

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Iktar kmieni llum, Puttinu Cares f’messaġġ li qasmu fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook qalu li koppja Maltija mmarkaw il-wasla tagħhom lura f’Malta b’donazzjoni sabiħa ta’ €2,500 lil Puttinu sabiex titkompla l-manutenzjoni tal-appartamenti fl-Ingilterra.

Mark u Shirley taw din id-donazzjoni bħala turija ta’ apprezzament għal dak kollu li Puttinu għamlu magħhom matul il-ħames xhur li qattgħu l-Ingilterra għall-kura.

Il-koppja Maltija tinsab grata immens tal-wens u s-sapport li ngħataw waqt li kienu qed jgħixu fl-appartamenti ta’ Puttinu fl-Ingilterra.

Ekonomija

Sport