Friday, December 27, 2024

Koppja misjuba mejta wara li ppruvat taqsam l-Atlantiku

Aqra wkoll

L-avvventura ta’ koppja li ppruvat iġġib fir-realta ħolma li jaqsmu l-oċean Atlantiku intemmet fi traġedja meta l-katavri tal-koppja li telqu fuq vjaġġ bil-jott tul l-Oċean Atlantiku nstabu fuq ċattra tas-salvataġġ kważi sitt ġimgħat wara li dehru l-aħħar.

Il-Brittanika Sarah Packwood u r-raġel tagħha Kanadiż Brett Clibbery huma maħsuba li abbandunaw il-jott tagħhom u mietu qabel ma ntlemħu qrib il-Gżira ta’ Sable qrib Nova Scotia fil-Kanada fit-12 ta’ Lulju.

Il-koppja kienet irrappurtata nieqsa fit-18 ta’ Ġnju wara li telqet minn Nova Scotia bil-jott tagħhom Theros ta’ 13-il metru ġimgħa qabel.

Huma kienu qed jivvvjaġġaw lejn l-Azores, madwar 3,228 kilometri bogħod, bil-vjaġġ ippjanat li jieħu 21 jum. It-tifel ta’ Brett Clibbery, James, ikkonferma li missieru u Sarah Packword kienu mietu.

Li jagħmlu vjaġġ transatlantiku kienet il-ħolma tal-koppja iżda għadu mhux magħruf kif din spiċċat fi traġedja u għalhekk, ir-Royal Canadian Mounted Police sa nhar il-Ħadd li għadda kienet għadha għaddejja bl-investigazzjoni.

Teorija waħda li l-investigaturi qed jesploraw hija li l-jott intlaqat minn vapur tal-merkanzija li kien għaddej u li ma nnotax il-ħabta, skont il-websajt tal-aħbarijiet Kanadiż Saltwire.

Aktarx li l-ekwipaġġ tal-jott jew ma setgħux jevitaw il-ħabta jew setgħu kienu isfel bil-jott jinstaq fuq bdot awtomatiku. Il-gwardji tal-kosta Kanadiżi u l-ajruplani militari baqgħu ma lemħux fdalijiet jew xi sinjal tal-jott.

F’filmat li tpoġġa fuq YouTube fit-12 ta’ April, il-koppja spjegaw kif il-vjaġġ tagħhom – imsejjaħ il-Green Odyssey – kien jiddependi fuq qlugħ, pannelli solari, batteriji u magna elettrika alterata ta’ karozza.

Huma spjegaw ukoll li kienu qed jagħmlu dak kollu li jistgħu biex juru li tista tivvjaġġa mingħajr ma tuża u taħraq fjuwils fossili li jagħmlu ħsara lill-ambjent.

Il-koppja ltaqgħu b’kumbinazzjoni f’Londra fl-2015, meta s- Clibbery, inġinier irtirat, kien qed jipprepara biex jagħti kilwa lil oħtu. Huma żżewġu fil-Kanada fuq il-jott tagħhom sena wara.

L-istorja tagħhom dehret f’artiklu tal-2020 “Kif Iltqajna” f’The Guardian. Sarah Packwood, oriġinarjament minn Long Itchington, Warwickshire, kienet ħadmet fir-Rwanda man-Nazzjonijiet Uniti wara l-ġenoċidju tal-1994 u kellha esperjenza estensiva bħala ħaddiema umanitarja.

F’dik li kellha tkun l-aħħar post tagħhom fil-11 ta’ Ġnju, il-koppja kitbu fuq Facebook li “l-Kaptan Brett u l-First Mate Sarah salpaw fuq it-tieni tappa ta’ The Green Odyssey abbord il-jott Theros mħaddma mir-riħ u x-xemx.

Ekonomija

Sport