Koppja Skoċċiża titlaq minn pajjiżha biex tgħix Malta – qed tiffranka aktar minn £1,200 fix-xahar fi spejjeż

Aqra wkoll

Koppja Skoċċiża, Laura u Callum Anderson, it-tnejn ta’ 42 sena, iddeċidew li jiġu jgħixu Malta flimkien ma’ binthom wara li l-kontijiet tal-enerġija fl-Iskozja laħqu £1,100 fix-xahar.

Minkejja li issa jħallsu £2,500 kera fix-xahar għal penthouse fin-Naxxar, il-koppja qalet lill-ġurnal Ingliż The Mirror li qed tiffranka £1,251 fix-xahar minħabba spejjeż orħos tad-dawl, tal-fjuwil u li ma jħallsux

council tax.

Il-koppja, li kienet diġà tgħix Malta bejn l-2010 u l-2013, irritornat f’Ottubru li għadda biex tibda ħajja ġdida f’pajjiżna.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport