Hekk kif Salernitana spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Roma, għall-attakkant Pollakk Krzysztof Piatek kienet logħba speċjali hekk kif għaqqad il-100 logħba fis-Serie A Taljana.
Piatek qal li kien ferm kburi li wasal għal dan it-tragward filwaqt li jinsab kuntent li t-tim tiegħu salva postu fis-serie A.
Piatek lagħab ma’ Genoa u Milan qabel ma’ ngħaqad ma’ Hertha Berlin li min-naħa tagħhom tefgħuh b’self ma’ Fiorentina u l-istess Salernitana.