Saturday, July 25, 2026
Home Sport Jordi Cruyff bi rwol ma’ Ajax

Jordi Cruyff bi rwol ma’ Ajax

0
425
Soccer Football - LaLiga - FC Barcelona unveil Andreas Christensen - Ciutat Esportiva Joan Gamper, Barcelona, Spain - July 7, 2022 FC Barcelona President Joan Laporta, sporting advisor Jordi Cruyff and new player Andreas Christensen are pictured with a club shirt during the unveiling REUTERS/Albert Gea

Wara li telaq mir-rwol tiegħu ma’ Barcelona, Jordi Cruyff mistenni jirritorna fl-għeruq tiegħu hekk kif Ajax Amsterdam lesti biex jaħtruh bħala l-bniedem responsabbli miċ-ċentru ta’ formazzjoni tal-plejers iż-żgħar. 

Cruyff aċċetta t-talba tal-eks klabb tiegħu fejn anke kien jilgħab missieru Johan mingħajr ma qagħad jaħsibha.

Cruyff se jkollu jgħinuh lil Sven Mislintat bħala direttur sportiv u Klaas-Jan Huntelaar bħala manager tat-tim taż-żgħażagħ.