Monday, May 13, 2024

“Kull membru parlamentari għandu għażla jekk jivvutax biex joħnoq il-verità u jipproteġi lill-kbir”

Il-Kap tal-PN, Bernard Grech

Aqra wkoll


Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech appella sabiex id-deputati kollha jivvotaw favur inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia. Dan l-appell għamlu f’xandira fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Nazzjonalista.

Grech qal li omm Jean Paul Sofia għamlet talbiet imqanqla biex issir inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ binha. Huwa sostna li l-partit Nazzjonalista, li hu mmexxi minnu se jkun qiegħed jagħti l-vot tiegħu sabiex tinħareġ il-verita u sabiex ikun hemm, dak li hu sejjaħ bħala ġustizzja.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-partit tiegħu qiegħed jagħmel appell ġenwin għall-għaqda nazzjonali. Huwa ħeġġeġ lil membri parlamentari tan-naħa tal-Gvern sabiex jivvutaw mad-deputati Nazzjonalisti favur li ssir l-inkjesta pubblika.

Sport