Monday, December 23, 2024

“Kull meta toħorġu qed tpoġġu l-ħajja ta’ oħrajn f’riskju… ommi mietet għax inkisru r-regoli”

Aqra wkoll

Sophia Essel tgħid bla tlaqliq li “ma niflaħx nara nies ma jobdux ir-regoli li jibqgħu f’darhom”

Minn VICTOR VELLA

F’pajjiżna, qed naraw min qed jikser ir-regolamenti li ħarġu l-awtoritajiet. Kellna diversi li weħlu multi. Qed naraw li kien hawn każi fejn persuni inġemgħu fi gruppi allavolja inħarġu regolamenti biex dan ma jsirx. Donnu hawn min mhux qed jifhem li wieħed jista’ jkun qed iġorr il-virus imma hu ma jkollux sintomi u dan imbagħad jgħaddih lil ħaddieħor.  Esperjenza, li seħħet fl-Awstralja titfa’ dawl fuq dan. Omm li kienet qiegħda tobdi r-regoli. Toħroġ biss biex tixtri. Spiċċat ħadet il-virus. Tmut ftit wara waħidha. Bintha, Sophia Essel, tiddikjara bla tlaqliq li “ma niflaħx nara nies ma jobdux ir-regoli li jibqgħu f’darhom. Dan biex ma jinxteridx il-virus. Ommi  kieku għadha ħajja, kieku ma kienx hawn min kiser ir-regoli.”

Tisħaq li ‘ibqgħu ġewwa. Għamlu tliet ġimgħat mingħajr ma taraw ħbieb u familjari. Kull darba li qed toħorġu inti qed tpoġġi  f’riskju lil nies oħra. Anki jekk għandek sintomi, inti tista’ tkun qed iġġorr il-virus.”

Ommi żviluppat pneumonia wara li ħadet il-COVID-19

Sophia tikkummenta li “ommi żviluppat pneumonia wara li ħadet il-COVID-19.  Ommi marret l-isptar il-Ġimgħa filgħaxija u l-għada is-Sibt ċemplitli u  infurmatni li kienu se jpoġġuha fuq il-magni. L-aħħar darba li kellimtha qaltli li tħobbni ħafna u għal dejjem. Qaltli ma ninkwetax għax se jgħaddilha.”

Tenfasizza li “dak inhar soqt tlett sigħat sħaħ biex inmur naraha fit-taqsima tal-Kura Intensiva. Ħdejha ma stajtx nidħol u rajtha minn tieqa. Ommi kienet qed tieħu 95 fil-mija tal-ossiġnu.”

Jibgħatulna biex inmorru nsellmulha tal-aħħar

“Jien u ħija erġajna morna l-isptar. Ċemplulna li keinet se jitfu l-magni u għalhekk kellna nmorru nsellmulha tal-aħħar. Jien kont qed nisma’ l-aħħar nifsijiet tagħha permezz tal-mowbajl. L-infermieri kienu qed jibku. Bdew iżommulha idejha.”

Ekonomija

Sport