Thursday, April 25, 2024

L-ebda resident fi djar tal-anzjani tal-Gvern mhu infettat bil-coronavirus

Aqra wkoll

F’San Vinċenz sa dalgħodu, l-istess bħal fil-bqija tad-djar tal-anzjani li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Gvern, ma kien hemm l-ebda każ ta’ resident li rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Ikkonferma dan il-Ministru għall-Familja Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon f’konferenza tal-aħbarijiet fti tal-ħin ilu.

Il-Ministru Falzon ikkjarifika dan il-punt wara li lbieraħ is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kkonfermat li wieħed mill-każi reġisrati lbieraħ kien jikkonċerna lil anzjana residenti f’dar tal-anzjani.

Falzon tenna li matul dawn l-aħħar sigħat il-Ministeru tiegħu rċieva numru kbir ta’ telefonati minn qraba ta’ anzjani bil-għan li jikkonfermaw jekk il-każ inkwistjoni seħħx fir-resideza ta’ San Vinċenz.

Huwa żied billi rringrazzja lill-1,800 ħaddiem, maniġment u tobba u professjonisti li jaħdmu f’din ir-residenza, li jieħdu ħsieb mal-2,200 anzjan.

Sport