“Kultant issib mumenti fejn huwa diffiċli li temmen f’Alla meta tkun ilek daqshekk żmien f’uġigħ kbir u bla waqfien. Kliem bħal “pożittività” u “kuraġġ” jinstema’ sabiħ u huma kliem li nużaw. Madanakollu għal xi wħud, dawn il-kliem huma tqal u ikkumplikati”
Dan kien il-messaġġ li wasslet Ingrid Sammut permezz tal-paġna tagħha ta’ Facebook, fejn irrimarkat li hija qed taqsam dan il-messaġġ għax taf li jista’ jkun hawn xi ħadd li jkun għaddej minn esperjenza simili imma forsi joqogħdu lura milli jitkellmu.
Sammut enfasizzat fuq il-fat li l-pożittività fil-ħajja tinstema’ sabiħa iżda mhix preżenti f’ħajjet kulħadd. Tenniet tgħid; “Jekk int qed taqra dan il-messaġġ kun af li m’intix waħdek.”