Saturday, December 21, 2024

“Kultant ninsa li jien missierek għax iktar inħossni bħala ħabib tiegħek” – L-għannej ċkejken Lydon jagħlaq seba’ snin

Aqra wkoll

L-għannej ċkejken Lydon, li seraq il-qlub ta’ bosta persuni bit-tbissima u l-karattru ferrieħi tiegħu, llum għalaq seba’ snin. 

Lydon flimkien ma’ missieru kienu rebħu l-ewwel edizzjoni tal-Malta’s Got Talent wara li rnexxielhom jisirqu s-simpatija tal-poplu Malti u Għawdx bil-makjetti oriġinali tagħhom.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, missieru Jomike Agius awguralu l-isbaħ xewqat u stqarr li filwaqt li seba’ snin ilu huwa sar missier, kultant jinsa li huwa missieru għax iktar iħossu bħala ħabib tiegħu.

Jomike nnota kif Lydon ħareġ bl-istess delizzju tiegħu hekk kif it-tnejn li huma, kif nafu, jħobbu l-għana. B’dan il-mod, missieru qal li l-affari iktar tagħtu l-opportunità li jkunu ħbieb apparti mill-fatt li Lydon għandu l-istess karattru tiegħu li nzerta li dejjem jidħak u ċajtier. 

Ekonomija

Sport