Friday, November 15, 2024

Kummenti krudili liz-Zija TT… Il-midja soċjali f’Malta magna tal-‘hate speech’… Mhux biss hemm mibegħda politika, iżda anke omofobika

Aqra wkoll

Ilsien il-Malti huwa vera taz-zokkor b’mod partikolari b’kummenti li saru fuq il-midja soċjali liz-Zija TT fejn f’intervista ma’ Inewsmalta esprimiet id-diżappunt tagħha għat-tneħħija ta’ Adrian Delia bħala kap tal-PN u ħabbret li tixtieq toħroġ għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li jmiss fuq Bormla. Kummenti dispreġġjattivi, ta’ odju u b’żufjett għall-ġeneru wieħed jistaqsi kif affarijiet bħal dawn isiru u kif minkejja li l-hate speech huwa kontra l-liġi u b’unit apposta kontra abbuż bħal dan, kulħadd jikteb mingħajr ma jikkonsidraw il-ħsara psikoloġika li ssir lill-persuna, f’dan il-każ iz-Zija TT.

“Għax ma ssibx Grieg bħal Bernard”, ‘Hemm jaqa’ għan-ne** aktar milli huwa… Ħallina mur irranġa persuntek demel, ‘Naħseb aħjar kabbar moħħu’, ‘Daqt tibgħat għalih Barbara D’Urso’, ‘U ħallina kwieti. Lolypop trid imma int, ja pinnur’. Dawn huma wħud mill-kummenti krudili indirizzati liz-Zija TT il-bieraħ fuq il-midja soċjali li huwa ċar li aktar milli kritika kostruttiva u intelliġenti, dawn huma espressjonijiet omofobiċi u nuqqas ta’ rispett lejn l-għażla tal-ġeneru.

Iz-Zija TT, persuna magħrufa fuq il-midja soċjali, riċentement telqet lill-Partit Nazzjonalista minħabba li fl-opinjoni dan il-partit ittradih u għamlet tessera mal-PL. Barra minnhekk hija esprimiet pubblikament ix-xewqa u l-ħsieb li tikkontesta spalla ma’ spalla ma’ Alison Zerafa Civelli għall-Kunsill f’Bormla. 

Il-hate speech lejn iz-Zija TT anke attakkaw il-pass tagħha li titlaq lill-PN, l-intelliġenza tagħha, kif ukoll id-dehra fiżika. Hija, li għandha determinazzjoni liema bħala li tibqa’ soda u ma tmurx lura mill-pass li għamlet, kienet diġà tellgħet kummenti li min ma jaqbilx magħha jista’ ma jsegwihiex fuq Facebook u mhix se tagħti kas ta’ ċerti kummenti ta’ odju.

Min-naħa l-oħra, kienu bosta segwaċi taz-Zija TT li awgurawlha titla’ fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u anke wrew fiduċja li jekk tikkontesta, titla’ u taħdem sew minħabba li hija ħabrieka u dejjem kellha għall-qalbha lill-Bormla u lill-Bormiliżi. 

‘Awguri Zija TT. Tixraqlek ħafna bħala sindku għax taħdem ħafna biex Bormla tkun aħjar u qatt m’għandek għalfejn taqta’ qalbek’, ‘Mela hi, kuraġġ qalbi u min għandu l-għali, ikompli jżidu’, ‘Nawguralek li tixtieq iseħħ. Aħdem biex tara l-ħolma tiegħek issir realtà’.

Kumment eżemplari, ta’ min jitgħallem u jirrifletti dwaru kien, ‘hate speech biss tara. Irħulha tagħmel li tħoss… hekk xtaqet u hekk għamlet u jekk jogħġobkom ieqfu rreferu għaliha bħala raġel ta. Dik mara! Qegħdin fis-sena 2020”.

Ekonomija

Sport