Thursday, April 18, 2024

“Kumpaniji iżgħar minn b’valur u b’pagi aħjar” 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Fl-isfond ekonomiku fejn għandna rekord ta’ nies fl-impjieg, l-istrateġija tal-Malta Enterprise hija li nħarsu li nattiraw kumpaniji iżgħar, li jħaddmu inqas nies, iżda li jħallu valur ogħla fl-ekonomija u li jħallsu pagi aħjar.” Dan qalu l-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise (ME) f’kumment ma’ dan il-ġurnal b’rabta ma’ kumpaniji li huma żgħar fid-daqs. 

Huwa qal li waħda mill-microfactories li qed jaħdmu magħha u li se jkun hemm żviluppi dwarha fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qiegħda tipproduċi food supplements fi grad ta’ farmaċewtika. “Din il-kumpanija se tkun qed timpjega madwar għaxar xjenzati, uħud minnhom Maltin li għadhom ħierġin mill-Università ta’ Malta u se tkun qed tibni laboratorju żgħir f’Malta,” qal Kurt Farrugia. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-ME qal li bħalissa teżisti sitwazzjoni ta’ kriżi fil-qasam tal-microchips b’mod internazzjonali. B’hekk il-ME qed taħdem biex tattira innovaturi f’dan il-qasam tal-microchips biex jaħdmu mill-qrib mal-industrija tal-microchips u tal-components tal-karozzi li jiġu manifatturati f’Malta. 

Din l-istrateġija hija propju immirata biex nattiraw kumpaniji ta’ kwalità, mhux neċessjarment li jimpjegaw kwantità, iżda fuq kollox li jħallsu lill-impjegati tagħhom pagi tajbin, sostna Kurt Farrugia.

Ekonomija

Sport