Friday, November 15, 2024

Kunċert b’risq il-Fondazzjoni Smiling With Jerome

Aqra wkoll

Wara li tant stennija għal Strummin’, dawn se jkunu qegħdin jirritornaw. Il-kitarristi, il-kantanti u l-banda huma kollha preparati biex jagħtu lill-udjenza esperjenza memorabbli għall-kunċert Strummin’ ta’ din is-sena.

Strummin’ huwa sinonimu mat-temi kreattivi li jinfluwenzaw il-mużika u l-kunċett tal-kunċert. It-tema ta’ din is-sena hija Strummin’ Round the World, oda għall-vjaġġi kollha li tlifna matul il-pandemija. L-artisti involuti se jesploraw id-dinja bil-kitarra tagħhom u jesperjenzaw ġeneri u stili mużikali differenti. Saret ħafna ħidma li tat lill-kanzunetti xi adattamenti interessanti li se tgħin biex l-udjenza tgawdi dan il-vjaġġ.

Il-ħsieb huwa li filwaqt li joffru spettakklu, il-grupp iqajjem kuxjenza dwar organizzazzjonijiet tal-karità oħra li jagħmlu xogħol siewi. Smiling with Jerome Foundation, grupp iddedikat biex jgħin familji bi tfal li jbatu b’kundizzjonijiet u mard serju li bħalissa m’għandhomx fejqan se tkun qiegħda tibbenefika mill-fondi li se jinġabru. Dan il-grupp jaħdem bla heda biex jiġbor fondi u jappoġġja lil dawn il-familji li jkunu għaddejjin minn trattamenti għaljin jew li jistgħu jeħtieġu kura speċifika. Id-dħul ta’ din is-sena li se jiġi ġġenerat mill-Kunċert ta’ Strummin’ se jmur biex jgħin lil din il-fondazzjoni u jkopri wħud mill-ispejjeż tagħhom.

Nistednukom ilkoll għat-18-il edizzjoni ta’ Strummin’ għal spettaklu mill-aqwa ta’ kitarristi u talenti mużikali. Il-kunċert se jsir fis-7 u t-8 ta’ Ottubru 2022 fl-Awditorju Sant’ Agata fir-Rabat (M.S.S.P). Għal biljetti u aktar informazzjoni jekk jogħġbok segwi s-soċjali tagħna fuq https://strummin.mt u l-paġna ta’ Facebook tagħhom.

Ekonomija

Sport