Wednesday, April 24, 2024

L-Indja se tospita tiġrija tal-MotoGP għall-ewwel darba fl-istorja

Aqra wkoll

L-Indja se tospita tiġrija tal-MotoGP għall-ewwel darba fl-istorja, fl-2023.

It-tiġrija se ssir fiċ-ċirkwit Internazzjonali ta’ Buddh, li qabel kien ospita l-Grand Prix tal-Indja tal-Formula 1.

Il-Ministru tal-isports Indjan Anurag Thakur qal: “Huwa jum storiku għall-industrija tal-isport u ġieħ u qima għall-75 sena taċ-ċelebrazzjoni tal-Indja.”

L-Indja għandha aktar minn 200 miljun mutur fit-toroq tagħha – 75% tan-numru totali ta l-vetturi.

“Għandna ħafna partitarji fl-Indja u ninsabu eċċitati li nistgħu nwasslulhom dan l-isport,” qal Carmelo Ezpeleta, uffiċjal kap eżekuttiv ta’ Dorna u membru tad-drittijiet kummerċjali tal-isport.

“L-Indja hija wkoll suq ewlieni għall-industrija tal-muturi u għalhekk, b’estensjoni, għall-MotoGP, tista’ titqies bħala l-Mecca tal-vetturi b’żewġ roti. 

“Ninsabu ħerqana ħafna li se nospitaw dan il-MotoGP fil-Budd International Circuit u ma nistgħux nistennew li nilqgħu lill-partitarji.”

Iċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Buddh, f’Uttar Pradesh, ospita tiġrijiet tal-Formula 1 mill-2011 sal-2013 qabel ma l-Grand Prix tal-Indja tneħħa mill-iskeda tal-isport.

Sport