Tuesday, April 23, 2024

Chelsea jilħqu ftehim ma’ Christopher Nkunku

Aqra wkoll

Rapporti fil-Ġermanja qed isostnu li Chelsea laħqu ftehim mal-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ RB Leipzig, Christopher Nkunku, biex fis-sajf li ġej jingħaqad magħhom. 

Fis-sajf li għadda, Nknunku  kien marbut ma’ Manchester United, iżda issa jidher li Chelsea se jirbħu t-tellieqa biex jiffirmawh wara li fil-jiem li għaddew sarlu l-eżami mediku fi Frankfurt bħala antiċipazzjoni għat-trasferiment li jista’ jseħħ f’Jannar li ġej. 

Saħansitra ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ clubs fejn il-Pensioners se jħallsu £53 miljun.

Jidher li din is-somma huwa valur tajjeb għal Chelsea hekk kif Nkunku ġie vvutat bħala l-Player tas-Sena tal-Bundesliga.

U kompla fejn ħalla fl-istaġun li għadda b’bidu impressjonanti fejn skorja sitt goals fi 11-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha.

Sport