Il-FONDAZZJONI KULTURALI “JP2” mill-ġdid qiegħda tfakkar anniversarju ieħor tal-qaddis Papa San Ġwann Pawlu II. Fil-fatt, nhar l-Erbgħa, 2 ta’ April, 2025 se jiġi organizzat Kunċert fuq il-Piano b’isem KLAVIER.
Dan l-avveniment qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni sħiħa mal-UNIVERSITÀ QUEEN MARY ta’ Londra (Kampus ta’ Malta) li jinsab biswit l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Is-serata se tospita studenti tal-pjanu ta’ etajiet varji mill-MALTA PIANO ACADEMY flimkien ma’ pjanisti barranin li qed jistudjaw il-mediċina fil-Kampus Malti ta’ l-Università Queen Mary ta’ Londra.
Is-serata tibda fit-8.00pm. Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jattendi. Is-serata se ssir fil-kampus ta’ Queen Mary f’Għawdex