Sunday, December 22, 2024

“Kuntent nara li diġà qed isir użu tajjeb minnhom”

Kunsillier Żebbuġi dwar aktar minn 30 rack għar-roti u l-iscooters

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Fl-aħħar xhur weħħilna 30 rack ġodda għall-parkeġġ tar-roti u e-scooters fiċ-ċentru ta’ Ħaż-Żebbuġ”. Iddikjara dan il-Kunsillier Żebbuġi Steve Zammit Lupi filwaqt li spjega li dawn jinsabu mifruxin fil-pjazza, barra l-iskola primarja, fejn jarma l-monti, barra l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali u fi Vjal Ħelsien.

Zammit Lupi qal li dan huwa pass żgħir li l-Kunsill Lokali qed jieħu biex jinċentiva l-użu tar-roti fil-lokalità.

Huwa rrimarka li l-Kunsill ibbenefika minn fondi maħruġa mill-Ministeru għall-Finanzi biex jitwettaq dan il-proġett u sodisfatt ħafna li qed isir użu tajjeb minnhom.

Ekonomija

Sport