Thursday, April 25, 2024

Inżamm arrestat wara li kkawża ksur lil mara għax raha tkellem raġel ieħor

… Kien ilu f’relazzjoni magħha ftit jiem biss

Aqra wkoll

Raġel ta’ 46 sena mill-Maċedonja ta’ Fuq inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’akkużi relatati ma’ vjolenza domestika fuq mara li kien ilu magħha ftit jiem.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-allegat każ seħħ fil-15 ta’ Mejju li għadda ħdejn l-Isptar San Filippu, u akkużat ukoll lil Darko Tomeski li hedded u weġġa’ gravi lill-mara.

Skont rapporti li saru kollox beda meta r-raġel ra lill-mara tkellem raġel ieħor u kien hawn li allegatament taha xebgħa fejn ikkaġunalha diversi ksur.

Fil-Qorti ħareġ li l-allegata vittma ma kinitx taf ħafna informazzjoni fuq l-akkużat, u kien wara li lemħitu s-Sibt fl-Imsida li infurmat il-Pulizija u arrestawh.

Filwaqt li wieġeb mhux ħati Tomeski wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, id-difiża f’dan l-istadju ma għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest.

Sport