Friday, May 3, 2024

L-Isvezja tqis is-sess bħala sport … il-kampjonat jibda l-Ħamis li ġej

Aqra wkoll

L-Isvezja ħabbret b’mod uffiċjali li se tkun qiegħda tqis is-sess bħala sport u ffinalizzat l-aħħar preparamenti biex saħansitra tniedi l-kampjonat il-Ħamis li ġej.

Skont rapporti fil-midja tal-pajjiż jidher li l-ġurija se tkun qiegħda tanalizza u tagħżel ir-rebbieħa filwaqt li l-udjenza wkoll se jkunu jistgħu jgħidu tagħhom dwar l-għażla finali.

Il-kampjonat mistenni jdum sitt ġimgħat u l-parteċipanti se jkunu qegħdin jipparteċipaw f’attività sesswali kuljum li tista’ ttawwal sa siegħa skont “l-abbilitajiet” tagħhom.

Skont ir-rapport li sar dwar il-kompetizzjoni, din se tkun qiegħda tinkludi tliet livelli u biex il-parteċipanti javvanzaw jeħtieġ li jġibu ċertu ammont ta’ punti f’kull stadju.

Il-Kap tal-federazzjoni tas-Sess fl-Isvezja Dragan Bratych qal li jittama li xi darba is-sess jiġi meqjus bħala sport prattikat madwar id-dinja kollha.

“Bħal kull sport ieħor, biex tikseb ir-riżultati trid it-taħriġ”, sostna Bratych f’kummenti lill-midja.

Sport