Friday, April 19, 2024

Karozza tispiċċa fuq is-central strip wara ħabta f’Buqana

Aqra wkoll

Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi agħar minn hekk wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Buqana fil-limiti tar-Rabat.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi b’waħda minnhom tispiċċa titlef il-kontroll u tibqa’ dieħla f’central strip li hemm tifred il-karreġġjati.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza iżda fortunatament dawn setgħu jkomplu b’xogħol ieħor.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjoni tagħha b’rabta ma’ dan l-inċident.

Sport