Friday, April 26, 2024

Niggżitu l-kuxjenza wara li seraq mowbajl u spiċċa arrestat b’pussess aggravat ta’ droga

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 24 sena li jgħix f’San Ġiljan inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li seraq mowbajl u b’pussess aggravat ta’ droga kannabis.  

Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni qalet li l-każ seħħ il-Ġimgħa meta ż-żagħżugħ, Taljan, allegatament seraq il-mowbajl u, wara li niggżitu l-kuxjenza, ipprova jirritornah għand sidtu. 

Ġie spjegat kif is-sidt kien għamlet rapport u xħin dan mar lura biex jagħtihulha, il-pulizija għamlu tfittxija fuqu u sabulu 14-il pakkett kannabis.

Filwaqt li wieġeb mhux ħati, ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest.

Sport