Saturday, September 14, 2024

Kvicha Kvaratshkelia disponibbli għal Napoli

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Napoli Antonio Conte rċieva l-aħbar li l-attakkant mill-Georgia Kvicha Kvaratshkelia se jkun għad-dispożizzjoni tiegħu għal-logħba li għandhom għada fis-sitta ta’ filgħaxija barra minn darhom kontra Cagliari.

Kvaratshkelia qala’ daqqa’ ħafifa waqt il-logħba li Georgia kellhom kontra l-Albanija u li rebħu 1-0 bil-kowċ Naplitan li kien qed jibża’ li mhux se jkun tajjeb għal-logħba f’Sardenja. Il-plejer żagħżugħ mistenni jilgħab mal-attakkant ewlieni Romelu Lukaku bit-tama li joħorġu bit-tielet rebħa konsekuttiva u b’hekk jibqgħu telgħin fil-klassifika.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport