Thursday, April 25, 2024

Kważi nofs in-negozji mħassba li se jkollhom jiddependu fuq l-għajnuna tal-Gvern fl-2021

Aqra wkoll

Kważi nofs in-negozji huma mħassba li se jkunu qed jiddependu fuq l-għajnuna tal-gvern matul is-sena li ġejja minħabba l-effetti ekonomiċi tal-pandemija tal-Covid-19. Dan ħareġ minn stħarriġ li kien ippubblikat illum mill-Assoċjazzjoni Għal Min Iħaddem (MEA), liema stħarriġ juri d-diffikulatjiet li min iħaddem qed jiffaċċja kaġun tal-pandemija.

L-istħarriġ żvolġa bejn is-27 ta’ Awwissu u l-4 ta’ Settembru, b’237 parteċipant jieħdu sehem. Mill-parteċipanti kollha, 44% qalu li jaħsbu li se jkunu qed jiddependu mill-għajnuna tal-Gvern matul l-2021. Fl-istess waqt 22% qalu li ma jafux, filwaqt li 17% ma kinux jikkwalifikaw għall-għajnuna tal-Gvern.

Intant 48% tal-parteċipanti raw titjib fil-kummerċ bejn Ġunju u Awwissu b’paragun mat-tliet xhur preċedenti, b’36% jgħidu li n-negozju baqa’ l-istess. Saħansitra kien hemm 16% li qalu li n-negozju mar għall-agħar.

Sadanittant 43% qalu li jaf ikollhom ikeċċu lil uħud mill-ħaddiema attwali fix-xhur li ġejjin. Dan filwaqt li 35% tan-negozji huma tal-fehma li jeħtieġ li jgħaddu bejn 12 u 18-il xahar biex l-attività tan-negozju terġa’ lura għal-livelli ta’ qabel il-pandemija.

Sport