Ir-raġel li nqatel fi sparatura li seħħet nhar il-Ħadd li għadda fil-Birgu se jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru fil-Knisja Kolleġġjata ta’ Bormla fit-8:00 a.m. Fuq it talba tal- familjari, huma jixtiequ li kull min jattendi ma jilbisx iswed imma ilbies b’kulur abjad.
Intant fil-Qorti, ilbieraħ ħareġ li l-Pulizija ġiet infurmata li nhar il-Ħadd għall-ħabta tas-1:00 p.m., fi Triq il-Qalb ta’ Ġesù kien hemm persuna b’ħafna demm titlob għall-għajnuna. Qalet li meta l-Pulizija marru fuq il-post, sabu lil vittma jitkarrab bl-uġigħ fit-taraġ tal-komun b’ferita f’żaqqu.
Intant Salvu Mangion ta’ 70 sena residenti il-Birgu li qed mixli b’omiċidju ta’ Kyle Mifsud minn Bormla li kellu 33 sena qed jinżamm arrestat