Thursday, May 16, 2024

Kyle Walker f’kontroversja wara relazzjoni sigriet ma’ mudella Ingliża

Aqra wkoll


Id-difensur ta’ Manchester City Kyle Walker daħal f’kontroversja kbira u spiċċa wkoll fil-faċċata ta’ diversi ġurnali influwenti Ingliżi wara li l-mudella Lauryn Goodman qalet li hu għandu tarbija mingħandha bil-moħbi.

Walker hu miżżewweġ lil Annie iżda b’mod sigriet kellu relazzjoni ma’ Lauryn fejn hi ħarġet tqila minnu u kellhom tarbija. Wara diversi xhur ta’ silenzju, il-mudella Ingliża qalet li riedet tibda s-sena 2024 billi tgħid il-verita’

Walker ma kkummentax wara dan kollu għalkemm għalih ġejjin mumenti ferm diffiċli fil-jiem li ġejjin li jistgħu jtellfuh milli jikkonċentra fil-futbol.

Sport