Kylian Mbappe tħalla barra mill-iskwadra ta’ Paris St-Germain għat-tour tagħhom ta’ qabel l-istaġun fil-Ġappun u l-Korea t’Isfel.
L-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-club qed jirrifjuta li jiffirma estensjoni ta’ sena fil-kuntratt tiegħu li jintemm fis-sajf li ġej.
Għalhekk PSG iridu jbiegħu lill-attakkant ta’ Franza issa u jassiguraw ħlas ta’ trasferiment aktar milli jħalluh imur b’xejn.
Madankollu, Mbappe qal li jrid jibqa’ ma’ PSG għal sena oħra qabel ma jitlaq malli jiskadi l-ftehim attwali tiegħu.
Huwa maħsub li qed jimmira li jingħaqad ma’ Real Madrid bħala aġent ħieles fi tmiem l-istaġun li ġej.
L-attakkant jibqa’ t-tieni l-aktar player għali li qatt ingħaqad ma’ PSG fl-2017 fi trasferiment li jiswa £165.7 miljuni. Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja skorja 212-il goal f’260 logħba minn mindu wasal mingħand AS Monaco.
PSG jemmnu li s-sitwazzjoni preżenti ma tistax titħalla tkompli u li Mbappe jibqa’ bħala parti mill-grupp tal-logħob tagħhom, u għalhekk id-deċiżjoni li jħalluh f’daru.