Saturday, December 21, 2024

Kylian Mbappe jsostni li huwa vittma ta’ rapport falz ta’ stupru mill-media

Aqra wkoll

Kylian Mbappe sostna li kien vittma ta’ “aħbarijiet foloz” wara li ġurnal Svediż irrapporta li nfetħet investigazzjoni għal “stupru wara żjara tal-istilla ta’ Real Mad­rid fi Stokkolma”.

Mbappe kiteb dan f’post fuq X, li qabel kien magħruf bħala Twitter, li kien hemm rabta bejn ir-rapport fil-ġurnal, Aftonbladet, u s-smigħ tiegħu li sar ilbieraħ quddiem kumitat tal-Kampjonat Franċiż, fit-tilwima  tiegħu dwar pagi mhux imħallsa mal-eks club tiegħu, Paris Saint-Germain. 

“AĦBAR FALZA!!! Qed issir tant prevedibbli, lejlet is-seduta, bħallikieku b’kumbinazzjoni,” saħaq Mbappe.

Il-kamp tal-player ta’ 25 sena sejjaħ ir-rapport bħala “għajdut ta’ malafama” u hedded li jieħu azzjoni legali. Mbappe jsostni li huwa dovut €55 miljun miċ-champions Franċiżi li huma proprjetà tal-Qatari, Nasser Al-Khelaifi.

Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2018 ma ntgħażilx għall- partiti tal-UEFA Nations League ta’ dawn l-aħħar jiem u għadda l-jiem tal-Ħamis u tal-Ġimgħa, fil-belt kapitali tal- Isvezja.

Skond l-istess ġurnal Svediż, nhar il-Ħamis, flimkien ma’ grupp ta’ nies mar jiekol f’restaurant qabel ma mar f’night club.  Il-ġurnal irrapporta stupru  “fiċ-ċentru tal-belt ta’ Stokkolma”, u semma’ lment formali li sar lill-pulizija nhar is-Sibt. Aftonbladet kiteb li l-ilment sar wara li l-allegata vittma kienet talbet attenzjoni medika iżda ma qalitx min kien imsemmi fl-akkuża.

Imbagħad, il-gazzetta ppubblikat ritratti fuq il-websajt li juri uffiċjali tal-pulizija quddiem il-lukanda fejn kienu qagħdu Mbappe u l-grupp miegħu.

Mbappe saħaq li huwa ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dan l-allegat stupru u se jieħu passi legali kontra Aftonbladet.   

L-entourage ta’ Mbappe qal fi stqarrija mibgħuta lill-AFP: “Illum, rumor ġdid ta’ malafama qed jibda jinfirex mal-web mill-midja Svediża Aftonbladet.

Ekonomija

Sport