Wednesday, April 24, 2024

Kylian Mbappe jsostni li se jilgħab ma’ “club kbir”

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Paris Saint-Germain Kylian Mbappe sostna li se jilgħab ma’ “club kbir” fost spekulazzjonijiet dwar il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu.

Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 se jidħol fl-aħħar sitt xhur tal-ftehim tiegħu mat-team ta’ Mauricio Pochettino u jidher li m’għandu l-ebda xewqa li jtawwal l-esperjenza tiegħu f’Pariġi.

Real Madrid huma ‘konvinti’ li se jirbħu t-tellieqa għall-firma ta’ Mbappe, u l-attakkant issa ħalla ħjiel ieħor li jista’ jħalli l-Parc des Princes.

Mbappe qal: “Mhux faċli. Jiġri x’jiġri, se nilgħab għal club kbir.”

L-internazzjonali Franċiż qabel żvela li talab biex iħalli l-club fis-sajf, biss PSG waqfu fuq offerta fl-aħħar minuta mil-Los Blancos.

Mbappe skorja disa’ goals u pprovda 13-il assist f’21 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun, u b’hekk it-total tiegħu għal PSG wassal għal 141 goal u 74 assist f’192 partita.

Sport