Wednesday, April 24, 2024

Kylian Mbappe ma jridx lil Neymar fit-team ta’ Paris St-Germain

Aqra wkoll

Ir-relazzjoni ta’ Kylian Mbappe mal-kollega tiegħu fit-team ta’ Paris St-Germain, Neymar, issa laħqet il-limitu tagħha. 

It-tensjoni bejniethom kompliet teħżien mindu l-club Pariġin għamlu lil Mbappe l-aktar player imħallas fid-dinja b’kuntratt ta’ tliet snin.

Rapporti qed isostnu li Mbappe ma jridx aktar lil Neymar fit-team filwaqt li l-Brażiljan “baqa’ mistagħġeb bl-influwenza u l-arja” li ngħataw lill-attakkant Franċiż minn meta ffirma l-ftehim il-ġdid tiegħu fil-Parc des Princes.

Fis-sajf li għadda Mbappe ma kienx qed jopponi l-bejgħ ta’ Neymar fis-suq tat-trasferimenti, hekk kif id-direttur sportiv, Luis Campos, kien qed ifassal mill-ġdid l-iskwadra.

Iżda Neymar, 30 sena, baqa’ mal-club Franċiż u huwa konvint li Mbappe pprova jipperswadi lil PSG biex ibigħuh.

Peró ma tkun l-ebda sorpriża jekk Neymar iħalli l-club f’Jannar li ġej.

Sport