Wednesday, March 27, 2024

L-AAA tistaqsi x’kienu qed jagħmlu 10 pitbulls f’residenza privata

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara l-aħbar traġika li fiha anzjana ta’ 95 sena sfat mejta wara li ġiet attakkata minn żewġ pitbulls, l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA) qalet li tħoss ukoll għall-annimali involuti għax huma wkoll vittmi u se jibqgħu jkunu vittmi.

Hija staqsiet numru ta’ mistoqsijiet dwar dawn il-klieb bit-tama li jkun hemm risposti mill-awtoritajiet, fosthom tallega u tistaqsi x’kienu qed jagħmlu aktar minn 10 pitbulls f’residenza privata, kemm-il darba s-sid ġie rrapportat u x’ġara fil-passat, għalfejn qatt ma kien ipprojbit milli jżomm klieb u jekk kienux maqfulin ġo gaġġa u allegatament imsawta mis-sid.

L-AAA qalet li taf ir-risposti iżda mhumiex huma li għandhom jidħlu fid-dettalji u jispjegaw, iżda żżid tgħid li tħoss għall-annimali li huma bla vuċi u li t-traġedja tal-bieraħ setgħet ġiet evitata.

Dwar dan il-każ infetħet inkesta maġisterjali u qed isiru l-investigazzjonijiet

Ekonomija

Sport