Saturday, December 21, 2024

L-ABBA jeskludu li se jipparteċipaw fil-ESC tal-2024

Aqra wkoll

Il-mużiċisti Bjorn Ulvaeus u Benny Andersson, l-imħuħ wara s-suċċessi kollha tal-grupp leġġendarju ABBA, eskludew kompletament li l-grupp se jerġa’ jingħaqad biex jipparteċipaw fil-Eurovision Song Contest (ESC) tal-2024 li se jsir f’art twelidhom, l-Iżvezja. Ċaħdu wkoll li se jkunu huma li jikkomponu l-kanzunetta Żvediża għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla.

Is-sena d-dieħla se tkun il-50 anniversarju minn meta ABBA rebħu l-Eurovision bil-kanzunetta ‘Waterloo’.

Minn meta l-ABBA rebħu l-festival fl-1974, l-Iżvezja rebħet il-Eurovision ħames darbiet oħra, inkluż din is-sena f’Liverpool bil-kanzunetta ‘Tattoo’ interpretata mill-kantanta Loreen.

Ulvaeus u Anderson kienu ddikjaraw li qatt aktar ma kienu se jagħtu kunċerti, u kienu rappurtati li rrifjutaw offerta ta’ $1 biljun biex jagħtu 100 spettaklu fil-bidu ta’ dan il-millenju. Ir-rifjut tagħhom kien ġie interpretat bħala li huma ma jridux jerġgħu jingħaqdu ma’ Agnetha Fältskog u Anni-Frid Lyngstad — iż-żewġ nisa tal-grupp — lanqas għal spettaklu wieħed biss.

Ekonomija

Sport