Waqt konferenza fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Koperattivi, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri ħabbar li l-abbozz ta’ liġi li jirregola l-koperattivi se tinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika.
It-tema din is-sena għal Jum Dinji tal-Koperattivi huwa dwar kif dawn jistgħu jibnu futur aħjar, li jenfasizza s-sostenn u r-reżiljenza tal-kooperattivi fi żminijiet ta’ sfidi.
Fid-diskors tiegħu l-Ministru Silvio Schembri rrikonoxxa l-irwol tal-koperattivi fis-soċjetà Maltija, u qal li dan huwa mudell ekonomiku importanti minħabba r-reżistenza li joffri. Huwa ħabbar li l-gvern lesta l-ewwel abbozz tal-liġi biex jipprovdi qafas legali aktar ċar għall-koperattiva biex jaħdmu u jkompli jissaħħu.
“Nafu li pajjiżna huwa żgħir u r-riżorsi huma limitati u dan il-mudell ekonomiku qiegħed iġib flimkien ir-riżorsi kollha għall-użu aħjar tal-industrija varja li intom taħdmu fiha. Fid-dinja globalizzata tal-lum dan il-mudell ekonomiku huwa wieħed li jagħmel ħafna sens,” temm jgħid il-ministru.