Friday, December 27, 2024

“L-abort huwa għażla … lesti għal kull kritika”

Sephora Vella

Aqra wkoll

Il-Parlament fetaħ illum f’seduta speċjali biex jitlaqqa’ l-Parlament taż-Żgħażagħ fejn ġew diskussi diversi temi però ċ-ċentru tad-diskussjoni ddawret fuq l-abort. Kien hemm żgħażagħ li ddikjaraw li jaqblu mal-abort u ressqu l-proposti tagħhom filwaqt li oħrajn qalu li ma kinux jaqblu għax huma favur il-ħajja. 

Wara l-Ispeaker Anġlu Farrugia tkellmet Sephora Vella li ressqet diversi proposti favur id-dħul tal-abort f’Malta. Hija qalet li f’Malta nsibu l-aktar liġijiet stretti fejn jidħol l-abort madwar id-dinja, fejn mill-pajjiżi kollha tal-UE, Malta tipprojbixxi l-abort totalment. 

Vella qalet li: “rajna li kien hemm ħtieġa ta’ revokazzjoni ta’ artikli 241-243 fid-Disa’ Kapitlu tal-Kodiċi Kriminali. Dan sabiex jiġi l-abort jiġi dekriminalizzat u jsir fuq talba tal-aħħar tal-ewwel trimestru.”

“Qed nipproponu dan f’sitt każijiet partikolari – meta persuna tkun f’riskju għal ħajjitha, stupru jew abbuż sesswali, meta jkun hemm anomalija serja fil-fetu, meta jkun hemm riskju għal saħħa fiżika u mentali tal-persuna, raġunijiet oħra soċjo-ekonomiċi u kull raġuni oħra. Madankollu, f’każijiet estremi, partikolari jew sensittivi pproponew li jkun permessibbli sa aktar minn 12-il ġimgħa tqala.

“Matul din il-mixja qed nipproponu li l-kunfidenzjalità għandha tkun assigurata għal żgħażagħ li għandhom ‘l fuq mill-eta tal-kunsens sesswali.”

Vella kompliet titkellem dwar il-kontraċettivi ta’ emerġenza. Qalet li huwa għaqli li tkun assigurata d-dispożizzjoni tal-morning after pill. Għalhekk qed jipproponu li dawk l-ispiżjara/spiżeriji li jirrifjutaw li jagħtu din il-pillola abbażi ta’ kunflitt ta’ kuxjenza, għandhom jiggwidaw lil dak li jkun għal spiżerija liċenzjata oħra li tkun tista’ tipprovdi din il-mediċina sa 4 sigħat wara li tkun saret it-talba inizjali.

“B’dawn il-proposti ħassejna li qed nindirizzaw in-nuqqasijiet li ltqajna magħhom f’dan is-settur. Dan li qed nipproponu f’din ir-riżoluzzjoni huwa biss frott ta’ diskussjonijiet u riċerka. Madankollu, lesti nilqgħu kull kritika kostruttiva sabiex insibu l-bilanċ li hemm bżonn għax l-abort huwa għażla,” temmet tgħid Vella. 

Ekonomija

Sport