Friday, April 26, 2024

Gabriel Batistuta: Il-football Taljan m’għadux jipproduċi skorers prolifiċi

Aqra wkoll

L-ex attakkant Arġentin Gabriel Omar Batistuta kien qed jitkellem f’intervista ma’ gazzetta sportiva Taljana u d-diskors waqa’ fuq in-nuqqas tat-team nazzjoanali Taljan fit-Tazza tad-Dinja ta’ ftit ġimgħat oħra.

“Nista’ ngħid li l-football Taljan inbidel mil-lejl għan-nhar. M’għadx hemm dawk l-attakkanti li kien hemm fi żmieni li kienu ħafna. Illum sar diffiċli ħafna li ssib skorer prolifiku Taljan.”

Batistuta qal ukoll li mhux xi ħaġa komuni li t-Taljani jfallu milli jmorru fit-tazza tad-dinja għat-tieni darba konsekuttiva u b’botta sarkastika qal li l-partitarji Taljani messhom iżommu mal-Arġentina.

Sport