Thursday, December 26, 2024

“L-abort huwa kwistjoni ta’ ġustizzja soċjali u fih element ta’ privileġġ”

Il-Moviment Graffiti

Aqra wkoll

“Aħna nemmnu li l-abort għandu jkun dikriminalizzat u aċċessibbli għal kulħadd. L-abort huwa servizz tas-saħħa essenzjali.” Iddikjara dan il-Moviment Graffiti li aktar kmieni ngħaqad flimkien mal-Għaqda mhux governattiva Voice For Choice-L-għażla tagħha f’dimostrazzjoni fil-Belt Valletta.

Waqt indirizz minn numru ta’ kelliema, fost affarijiet oħra l-kelliema qalu li Malta hija l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li fih l-abort mhux legali fl-ebda ċirkustanza. Dan ifisser li dawk li jridu l-abort iridu jfittxu pilloli minn barra b’riskju li jinqabdu jew iridu jsiefru. 

Sostnew li l-abort huwa kwistjoni ta’ ġustizzja soċjali u fih element ta’ privileġġ għax persuni fqar, dawk bi problemi ta’ mobbiltà, dawk f’relazzjonijiet abbużivi u anke immigranti qegħdin jiġu diskriminati.

“L-ebda gvern, stat, Imħallef, istituzzjoni reliġjuża, raġel jew persuna oħra m’għandhom dritt jiddettaw lill-mara x’tagħmel b’ġisimha”, saħqu jgħidu.

Ekonomija

Sport