Tuesday, December 24, 2024

L-ACE temmen li l-Budget 2022 huwa wieħed pożittiv li jiffoka fuq prijoritajiet ewlenin

Aqra wkoll

L-ACE tħoss li l-Budget imħabbar mill-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana huwa wieħed pożittiv li jistimula diskussjoni u konsultazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ aktar miżuri fix-xhur li ġejjin.

L-ACE tilqa’ ż-żidiet importanti mħabbra fil-pensjonijiet u l-istipendji tal-istudenti billi qalet li dan inevitabbilment se jkollu impatt pożittiv fuq is-settur tal-catering. 

L-Assoċjazzjoni qalet li tħoss ukoll li l-Budget 2022 jinkoraġġixxi aktar xogħol permezz tas-sahra u part-time li eventwalment jindirizza parzjalment in-nuqqas kurrenti tal-kapital uman li s-settur tal-catering qed jiffaċċja bħalissa.

Żiedet tgħid li l-in-work benefit hija wkoll miżura pożittiva li tassisti l-kwistjonijiet tal-kapital uman fi ħdan is-settur. Madankollu, l-ACE tħoss li hemm bżonn ta’ aktar azzjoni biex tiġi indirizzata l-problema kif ukoll biex jiġi żgurat li l-gvern jilħaq il-miri tiegħu tas-settur tat-turiżmu.

Bl-istess mod, l-ACE tilqa’ l-investiment fis-settur edukattiv. Qalet li dan ċertament se jgħin fin-nuqqas attwali ta’ riżorsi umani. Minkejja dan, l-ACE tittama li jiġu introdotti miżuri speċifiċi biex jindirizzaw b’mod urġenti l-isfida tal-kapital uman li s-settur tal-catering qed jiffaċċja bħalissa.

L-ACE faħħret ukoll il-miżuri ambjentali u infrastrutturali mħabbra billi dawn qalet li se jiżguraw Malta aktar attraenti għat-turisti u biex tiġi żgurata wkoll kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Maltin.

L-Assoċjazzjoni temmen li l-Budget 2022 huwa wieħed pożittiv li jiffoka fuq prijoritajiet ewlenin filwaqt li jiżgura sostenibbiltà ambjentali, edukattiva u ekonomika. L-ACE tistenna bil-ħerqa l-proċessi ta’ konsultazzjoni msemmija mill-Ministru biex jiġi assigurat li l-ħtiġijiet tas-settur tal-catering jiġu indirizzati.

Ekonomija

Sport