Tuesday, December 24, 2024

L-ADPD jippreżenta l-manifest elettorali tiegħu

Aqra wkoll

Wara li ż-żewġ partiti l-kbar jinsabu għaddejjin jispjegaw dak li qed jipproponu lill-poplu fil-maniffest elettorali tagħhom, ilbieraħ l-ADPD – l-Partit tal-Ħodor ukoll ippubblika manifest elettorali tiegħu li fih qed jipproponi fost proposti oħra tibdiliet fil-kostituzzjoni u ndafa fil-politika. 

L-ADPD kienet ppreżentat numru ta’ proposti dettaljati biex ikunu kkunsidrati mill-Konvenzjoni Kostituzzjonali u kienu jinkludu sistema elettorali iktar ġusta fejn il-voti miksuba jirriflettu ruħhom fin-numru ta’ siġġijiet parlamentari.

Il-Manifest tal-ADPD jinkludi proposti dwar l-ambjent, it-trasport u l-iskart, l-Edukazzjoni, is-saħħa, drittijiet sesswali u riproduttivita, Għawdex, il-bdiewa, dħul garntit u l-immigrazzjoni.

L-ADPD qed jgħid ukoll li l-finanzjament tal-partiti m’għandux ikun dipendenti minn interessi privati li jistennew il-pjaċiri tal-investiment li jkunu għamlu fil-partiti.

Qed jipproponi wkoll li l-ħabs għandu jkunu dimilitrizzat u jsir post ta’ rijabilitazzjoni u jkun sorveljat minn kummissarju estern fl-uffiċċju tal-Ombudsman u mmexxi minn esperti fil-kura rijabilitattiva biex ma jiġux ripetuti l-iżbalji tal-imgħoddi.

Ekonomija

Sport