Saturday, April 27, 2024

L-AFM issalva żewġ persuni fi bżonn ta’ assistenza medika

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’temp ta’ 12-il siegħa, il-Ċentru Malti għall-Kordinazzjoni u s-salvataġġ rċieva żewġ talbiet għall-għajnuna minn żewġ bastimenti tas-sajd.

Persuna minnhom kienet qed issofri minn xi ġrieħi filwaqt li l-oħra kienet qed issofri minn xi kundizzjonijiet mediċi oħra. F’dawn iż-żewġ operazzjonijiet intuża l-ħelikopter AW139 tal-AFM li permezz tiegħu setgħu jsiru l-evakwazzjonijiet mill-baħar.

Mill-Air Wing Base, fejn niżel il-ħelikopter, iż-żewġ persuni ttieħu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Sport