Monday, May 13, 2024

L-Afrika t’Isfel tippreżenta każ kontra l-Iżrael fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja

Aqra wkoll

L-Afrika t’Isfel ressqet każ fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja biex tibda proċeduri dwar allegazzjonijiet ta’ġenoċidju kontra Iżrael għall-gwerra tiegħu kontra l-Hamas f’Gaza.

Dan qalitu il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, nhar il-Ġimgħa li għaddiet, fejn iddikjarat li l-Afrika ta’ Isfel qed takkuża lill-Iżrael, li l-atti tiegħu huma kkaraterizzati mill-ġenoċidju, minħabba li skonthom, l-intenzjoni tal-Iżrael hija speċifikament biex joqtlu lil Palestinjani li hemm f’Gaza.

L-Iżrael ċaħad dak li qed tallega l-Afrika t’Isfel. Fi stqarrija mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiż qal li b’dak li qed tagħmel fl-Qorti l-Afrika, qed titlob għall-qerda tal-istat tal-Iżrael u li għalhekk l-allegazzjoni tal-Afrika ma għandiex la bażi fattwali u lanqas legali.

Fl-istess stqarrja, l-Iżrael enfasizza li huwa se jkun qiegħed jimxi mal-liġijiet internazzjonali u li se jidderieġi l-isforzi militari tiegħu biss kontra l-organizzazzjoni terroristika tal-Hamas. Huma ddikjaraw ukoll li se jagħmlu kull sforz biex jillimitaw il-ħsara lil dawk li mhumiex involuti.

Sport