Wednesday, July 24, 2024

L-Aġenzija Internazzjonali tal-Kreditu ‘Creditreform’, b’rating ta’ A+ stabbli lil pajjiżna  

Aqra wkoll

L-Aġenzija Internazzjonali tal-Kreditu ‘Creditreform’, b’rating ta’ A+ stabbli lil pajjiżna. Dan ifisser li hu l-aqwa rating li qatt ingħatat Malta minn din l-Aġenzija.

Creditreform qalet li pajjiżna kellu tkabbir ekonomiku qawwi fejn ikkwotat statistika tal-Fond Monetarju Internazzjonali, li turi kif bejn l-2021 il-ġid nazzjonali ras għal ras tjieb b’aktar minn 13%, li jfisser l-ogħla tkabbir fost il-pajjiżi kollha b’rating ta’ A u aktar. 

L-Aġenzija tgħid li dan it-tkabbir hu bis-saħħa tad-deċiżjoni tal-Gvern li jżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli. Tgħid ukoll li permezz tal-pjan ta’ rkupru u reżiljenza mistenni jwassal għal bidliet strutturali pożittivi li se jwasslu għal żieda fit-tkabbir ekonomiku. 

Rigward is-sitwazzjoni fiskali, l-Aġenzija qalet li l-livell moderat tad-dejn nazzjonali jnaqqas ir-riskji ta’ nuqqas ta’ sostenibbiltà fiskali.

Fir-rapport jiġi nnutat ukoll li pajjiżna għandu settur tas-servizz li qiegħed dejjem jiddiversifika u li l-bidliet leġislattivi se jwasslu biex pajjiżna jkun post tajjeb fejn ikollok negozju.

Ekonomija

Sport