Wednesday, July 24, 2024

Javier Milei ma jirbaħx l-ewwel rawnd tal-elezzjoni presidenzjali tal-Arġentina

Aqra wkoll

Il-populist tal-lemin estrem, Javier Milei naqas milli jirbaħ l-ewwel rawnd tal-elezzjoni presidenzjali tal-Arġentina, bil-Ministru tal-Finanzi, Sergio Massa jegħleb bla mistenni lill-isfidant tiegħu.

Il-voti bdew jingħaddu l-Ħadd filgħaxija, b’Massa jirbaħ b’36.3% tal-voti mis-26.3 miljun tal-voti mitfuha. Warajh, ikklassifika Javier Melei, li rnexxielu jikseb 30% tal-voti u l-eks Ministru tas-Sigurtà, il-konservattiva Patricia Bullrich li kisbet madwar 23.8% tal-voti.

Massa ta’ 51 sena u Milei ta’ 53 sena huma mistennija li jiffaċċjaw lil xulxin fit-tieni rawnd ta’ votazzjoni li se jseħħ fid-19 ta’ Novembru. Il-kandidat li se jġib aktar minn 45% tal-voti jerbaħ l-elezzjoni.

Ekonomija

Sport