Friday, May 3, 2024

“L-aħna akbar mill-jiena… prinċipju li jiddefenixxi lil dan il-partit b’saħħtu”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru saħaq fuq il-prinċipju li “l-aħna huwa akbar mill-jiena”. Prinċipju li qal li jiddefinixxi lil dan il-partit b’saħħtu. “Hekk irnexxejna u hekk se nibqgħu nirnexxu. Meta fhimna l-ħafna tajjeb li għamilna f’dawn l-aħħar 11-il sena u bnejna fuqu, irnexxejna. Meta fhimna fejn stajna għamilna differenti u rriformajna, irnexxejna wkoll. U aħna flimkien, magħqudin, determinati li nibqgħu mmexxu ‘l quddiem fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.”

Dr Abela tenna li pajjiżna kiseb, qed jikseb u fadallu jikseb ħafna suċċessi ġodda. Kien hawn fejn semma kif sa din il-ġimgħa stess, Malta rreġistrat l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li pajjiżna qed ikompli jikseb dawn is-suċċessi ekonomiċi, il-Prim Ministru rrimarka kif erba’ pajjiżi Ewropej bħalissa jinsabu għaddejjin mir-riċessjoni, tliet pajjiżi oħra għadhom ħerġin mir-riċessjoni u l-Ġermanja għandha ekonomija li ilha ma tikber minn Marzu li għadda.

Il-Prim Ministru sostna wkoll li fis-snin li ġejjin pajjiżna se jkollu l-akbar ekonomija dinamika fl-Ewropa. U meta jkollok dan it-tbassir, jikber l-investiment. U meta jikber l-investiment, jikber il-ġid li nistgħu nqassmu mas-soċjetà tagħna. Investiment li jwassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd.

“Irriduh dan it-tkabbir ekonomiku biex ninvestuh fin-nies, biex niksbu r-riżultati sabiex kulħadd ikun jista’ jgawdi minnhom,” tenna l-PM.

Sport