L-Intelliġenza artifiċjali għamlet tbassir dwar fejn jistgħu jispiċċaw il-players ta’ Manchester City f’każ li l-club jiġi relegat mill-Premier League, b’Manchester United potenzjalment jagħmlu sa ħames akkwisti kbar.
Manchester City qed jappellaw kontra l-akkużi ta’ ksur serju tar-regoli finanzjarji tal-Premier League. Jekk l-appell ifalli, il-club jista’ jiffaċċja diversi sanzjonijiet, fosthom tnaqqis ta’ punti, multi u anke relegazzjoni.
Skont it-tbassir tal-AI, Real Madrid jista’ jkun l-aktar club li jibbenifika … fejn sa tmien players jistgħu jmorru jilagħbu fil-belt kapitali Spanjola. Fosthom hemm Erling Haaland u Enzo Fernandez, Ayyoub Bouaddi, Phil Foden, Abdukodir Khusanov, Vitor Reis, Josko Gvardiol u Mateo Kovacic.
Manchester United, intant, jista’ jakkwista lil Gianluigi Donnarumma, Elliot Anderson, Matheus Nunes, Nico O’Reilly u Rico Lewis.
Liverpool jistgħu jiffirmaw lil Antoine Semenyo, Marc Guehi, Rayan Ait-Nouri u l-captain ta’ City, Ruben Dias. Arsenal jistgħu jmorru għal Jeremy Doku, filwaqt li Chelsea jistgħu jieħdu lura lil Marcus Bettinelli.
Everton ikunu jistgħu jerġgħu jiffirma lil Iliman Ndiaye, filwaqt li Rayan Cherki jista’ jmur ma’ Paris Saint-Germain. Geronimo Rulli u Allan jistgħu jirritornaw lejn Real Sociedad u Palmeiras rispettivament.
Dawn huma tbassiriet tal-AI u mhux trasferimenti konfermati.




