Tuesday, October 6, 2026
Home Sport Kaos fil-partita bejn il-Guatemala u s-Suriname, bil-pulizija tidħol fil-ground 

Kaos fil-partita bejn il-Guatemala u s-Suriname, bil-pulizija tidħol fil-ground 

0
49

Il-partita bejn il-Guatemala u s-Suriname fil-Concacaf Nations League spiċċat f’kaos wara ġlieda kbira bejn il-players taż-żewġ timijiet. 

Il-Guatemala rebut 1-0 b’goal spettakolari ta’ Matthew Evans fis-sitt minuta tal-ħin miżjud. 

Min-naħa tagħhom, Suriname spiċċaw b’għaxar plejers fit-63 minuta meta Richonell Margaret tkeċċa wara konfront mal-partitarji. 

It-tkeċċija wasslet għal tensjoni kbira bejn iż-żewġ bankijiet, li kompliet wara s-suffara finali. Players u sostituti nqabdu fi ġlieda u ġew skambjati d-daqqiet, tant li kellha tidħol il-pulizija tal-irvellijiet biex tissepara liż-żewġ naħat. 

Il-Guatemala rebħu Grupp B u għaddew għall-kwarti finali, fejn se jilagħbu kontra l-Kanada. Suriname spiċċaw fit-tielet post u se jipparteċipaw fil-preliminari tal-Gold Cup.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here