Saturday, November 23, 2024

L-Air Malta b’sejħa biex jimtela r-rwol ta’ CEO

Aqra wkoll

Il-linja tal-ajru internazzjonali Air Malta ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet lokali u internazzjonali biex jimtela r-rwol ta’ Kap Uffiċjal Eżekuttiv (CEO).

Clifford Chetcuti, l-aħħar Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru nazzjonali, kien issottometta r-riżenja tiegħu fis-7 ta’ Awwissu li għadda. Il-Ministeru għall-Ekonomija kien qal li Chetcuti kien tefa’ r-riżenja tiegħu minħabba raġunijiet personali.

Il-Kap Uffiċjal Eżekuttiv ġdid fost oħrajn se jkollu r-responsabbiltà li jara l-linja tal-ajru tikber, filwaqt li jiżviluppa u jimplimenta strateġija globali.

Sport