Fl-eqqel tal-emerġenza nazzjonali b’riżultat tal-imxija tal-Covid-19, ħidmet l-Air Malta kienet kruċjali biex kienu ffrankati mal-€5.5 miljun lill-pajjiż, meta daħlet hi biex tikkordina mal-imsieħba kummerċjali tagħha fil-ġarr tal-akbar kunsinna ta’ tagħmir mediku ntiż għall- frontliners fis-servizz tas-saħħa.
Permezz tax-xogħol tal-Kap Eżekuttiv Clifford Chetcuti u tal-ħaddiema bieżlin tal-Cargo Section tal-kumpanija, kien żgurat il-wasla f’ħin rekord ta’ 800 tunnellata ta’ tagħmir mediku lejn pajjiżna.
Wara li t-taqsima tal-loġistika ta Mater Dei, irrikorit għall-għajnuna tal- Air Malta biex tinġarr din il-merkanzija, il-Kap Eżekuttiv Clifford Chetcuti għin biex tinstab soluzzjoni aħjar mill-proposta li kellu l-Gvern minn kumpanija f’ Hong Kong.
Għalkemm l-Airmalta għamlet tentattiv biex tara kinx jaqbel li ġġor hi stess dawn l-eluf ta’ tunnellati f’merkanzija mic-Ċina, ħareġ li ma kienx loġistikament vjabbli għall-Air Malta biex topera aktar min 100 titjijra lejn iċ-Ċina biex iġġib din it-tgħabija eċċezzjonali ta 800,000 kilo ta’ tagħmir mediku. Dan minbarra r-restrizzjonijiet ta’ kwarantina fuq l- ekwipaġġ biex joperaw lejn iċ-Ċina f’dak iż-żmien.
Tgħabijja ta’ din il-kwantita kien jagħmel sens biss li tiġi trasportata minn ajruplan kbir ddedikat għall-merkanzijja tat-tip “freighter”. Ajruplani li l-Airmalta m’ għandiex.
Bis-saħħa tal-koordinazzjoni li saret mill-Kap Ezekuttiv Clifford Chetcuti u l-ħaddiema tal-Cargo tal-Air Malta, saru kuntatti barra l- pajjiż ma’ diversi operaturi fl-industrija tal-loġistika.
Kien permezz tal-kuntatti eċċellenti li għandha l-Air Malta mal-Qatar Airways, li nstabet soluzzjoni loġistika biex tinġarr din it-tagħbija, u bi spiża ferm anqas.
Fi tmiem negozjati, kien miftiehem li din it-tgħabija tinġarr permezz ta’ tmien titjiriet ta’ ajruplani tat-tip Boeing 777 Freighter tal-Qatar Airways.
Il-Ministru Schembri faħħar dan l-intervent tal-kumpanija Airmalta, fejn kienet strateġika mhux biss għaliex it-tgħabija waslet Malta f’ħin rekord, iżda fuq kollox kienu ffrankati madwar €5.5 miljun lill-pajjiż fi spejjeż. B’ dawn il-fondi, pajjiżna seta jixtri aktar PPE ghall-ħaddiema tal-isptar u front liners oħra biex jassigura li jkun preparat għall- pandemija. “Aktar minn hekk, dan juri l-għaqal fit-tmexxija tal- kumpanija, sabiex nassiguraw li l-Airmalta jkollha msieħba strateġiċi li
jistgħu jkunu t’ appoġġ u għajnuna għal istess linja tal-ajru” qal l- Ministru Silvio Schembri.
L-Air Malta tibqa’ kommessa lejn l-obbligu soċjali tagħha lejn il-pajjiż u fuq kollox lejn il-poplu Malti u Għawdxi.