Friday, April 19, 2024

353 immigrant salvati mis-Sea Watch se jiddaħħlu f’Palermo

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-għaqda Sea Watch ħabret li l-bastiment li fuqu kien hemm abbord 353 immigrant se jkunu qed jiddaħħlu f’Palermo, ġewwa Sqallija. Sal-Ħadd kmieni waranofsinhar, l-ebda pajjiż Ewropew ma kien għadu ħa azzjoni biex l-immigranti jingħataw permess jidħlu f’port Ewropew.

Dawk abbord dan il-bastiment kien ilhom 10 ijiem bejn sema u ilma. L-għaqda Sea Watch qalet li dawn se jkunu qed jiġu trasferiti fuq vapur ieħor biex jinżammu kwarantina. Hemm 27 immigrant ieħor abbord bastiment bl-isem ta’  MV Etienne li ilhom għal dawn l-aħħar tlett ġimgħat bejn sema u ilma.

Il-Gvern Malti baqa’ jżomm sod il-pożizzjoni tiegħu u dejjem sostna li ma jdaħħalx immigranti li jġibu l-vapuri tal-għaqdiet mhux governattivi.

Sport