Sunday, November 24, 2024

L-Air Malta u l-ITA Airways jiffirmaw sħubija komprensiva ta’ Codeshare

Aktar konnettività u għażliet tal-ivvjaġġar bejn Malta u l-Italja għall-klijenti taż-żewġ linji tal-ajru

Aqra wkoll

L-ITA Airways u l-Air Malta ffirmaw ftehim wiesa’ ta’ Codeshare li jgħaqqad in-networks taż-żewġ linji tal-ajru. Din is-sħubija kummerċjali ġdida, tidħol fis-seħħ nhar il-Ħadd 31 ta’ Ottubru u għandha tagħti spinta lill-ivvjaġġar kummerċjali u lit-turiżmu bejn l-Italja u Malta.

Permezz ta’ dan il-codeshare l-klijenti se jgawdu minn aktar għażliet u skedi aħjar ta’ titjiriet meta jivvjaġġaw miż-żewġ ċentri tal-linji tal-ajru f’Ruma u f’Luqa, Malta.

Grazzi għall dan il-ftehim, il-klijenti tal-ITA Airways u tal-Air Malta issa jistgħu jtiru bla xkiel lejn id-destinazzjoni mixtieqa tagħhom u b’biljett ‘uniku’, jistgħu jagħmlu check-in fl-ajruport tat-tluq, u jiġbru l-bagalji tagħhom li jkunu checked-in fi tmiem il-vjaġġ tagħhom fl-ajruport tal-wasla.

L-ITA Airways se tapplika l-kodiċi ‘AZ’ tagħha fuq is-servizzi kollha operati mill-Air Malta bejn l-Italja u Malta. Bl-istess mod, l-Air Malta se kollha codesharing fuq it-titjiriet tal-ITA Airways bejn Malta u Ruma, u b’hekk tgħaqqad mas-servizzi domestiċi Taljani lil hinn mill-ajruport ta’ Ruma Fiumicino u Milan Linate, kif wkoll ċerti servizzi internazzjonali ta’ konnessjoni.

It-titjiriet il-ġodda li jkunu codeshared issa jinsabu għall-bejgħ mis-siti web rispettivi tal-linji tal-ajru (itaspa.com u airmalta.com), mis-sistemi tal-booking u mill-aġenziji tal-ivvjaġġar.

F’kumment dwar dan il-ftehim, Roy Kinnear, l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal: “Ninsabu eċċitati ħafna b’dan il-ftehim il-ġdid ta’ codeshare li jgħaqqadna ma’ għażla wiesgħa ta’ ajruporti fl-Italja u lil hinn minnha. L-Italja hija wieħed mill-aktar swieq importanti tal-Air Malta u dan il-ftehim se jtejjeb il-preżenza tagħna fis-suq Taljan. Għandna l-intenzjoni li nkomplu naħdmu u nżidu l-kooperazzjoni tagħna mal-ITA Airways biex inġibu aktar benefiċċji għall-klijenti tagħna.”

Sport