Wednesday, April 24, 2024

L-akbar ammont ta’ każi ġodda fl-aħħar erba’ xhur

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa instabu 138 każ ġodda ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 61 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li bħalissa f’pajjiżna hawn 1,290 każ attiv.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 468 wara li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. 

Fl-Isptar Mater Dei hemm 11-il persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19 bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija, kienu ngħataw b’kollox 962,678 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 124,074 kienu dożi tal-booster.

Dan kien l-akbar ammont ta’ każi ġodda reġistrati sa mis-27 ta’ Lulju li għadda. Dakinhar kienu ġew reġistrati 142 każ ġdid.

Sport