Monday, December 23, 2024

L-akkademja ta’ Żebbuġ Rangers tniedi struttura ġdida

Aqra wkoll

L-akkademja tal-futbol ta’ Żebbuġ Rangers organizzat konferenza stampa fejn nediet uffiċjalment l-istruttura tal-kowċing tagħha għall-istaġun 2022/23.

Il-membru tal-kumitat ta’ din l-akkademja Norbert Bartolo qal li f’dawn l-aħħar xhur ħadmu qatigħ sabiex jiġi mħejji programm speċjalizzat sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu hawnhekk itejbu l-livell tagħhom mhux biss fil-futbol iżda wkoll b’mod ħolistiku.

Il-Head Coach tan-nursery Franco Agius qal li llum il-ġurnata l-kowċing taż-żgħar evolva fejn wieħed irid ikun dejjem aġġornat mal-aħħar żviluppi sabiex it-tfal jingħataw l-aqwa taħriġ possibbli.

Sadanittant id-direttur tekniku Renald Bugeja ta aktar dettalji dwar l-istruttura li din l-akkademja se tkun qed tiffoka fiha fosthom l-analiżi tal-logħob mat-tfal, il-profili tal-plejers, xi mumenti meta l-plejer ikun imweġġa u l-iżvilupp u l-ħarsien soċjali iżda anke psikoloġiku tat-tfal.

Ekonomija

Sport